Kapsuli tal-kumpless tal-inbid aħmar minn ResverAge®
Fejn jinxtara: Disponibbli fl-ispiżeriji jew mill-kumpanija Pharmatrans | Hotline għall-ordnijiet: 00800-8020 8020

Kumpless tal-inbid aħmar

Il-qawwa kkonċentrata tal-inbid aħmar

Resveratrol

Il-qawwa kkonċentrata tal-inbid aħmar

Fost l-hekk imsejħa “vitamini ġodda” tispikka superstar: Resveratrol. Huwa s-sustanza prinċipali tal-mediċina tal-inbid aħmar. Mhux misbuq fl-effett antiinfjammatorju tiegħu (mija fil-mija waqfien naturali tal-Cox-2 fir-rigward ta’ din l-enżima prinċipali li tagħmel ħafna ħsara). Barra minn hekk, huwa sebgħin darba aktar antiossidattiv mill-Vitamin Ċ! Barra dan kollu, grazzi għall-karatteristika ripetuta f’għadd ta’ studji fuq l-annimali, l-unika sustanza sal-lum ppruvata li ttawal il-ħajja, ovvjament permezz ta’ restrizzjoni ta’ kaloriji apparenti. Din is-sustanza kkawżat attenzjoni madwar id-dinja permezz tar-riċerka tal-hekk imsemmi “paradoss Franċiż”. Minkejja t-tipjip u ikel xaħmi, irriżultaw inqas attakki tal-qalb permezz ta’ konsum simultanju tal-inbid aħmar.

Għeneb

Il-polifenol resveratrol huwa antiossidant naturali u effettiv ħafna. Huwa jaġixxi direttament fis-sistemi tal-enerġija taċ-ċelluli, jinnewtralizza radikali ħielsa u jistimula s-sistema ta’ protezzjoni tal-ġisem kontra l-ossidazzjoni.

Madwar il-ġisem tal-bniedem resveratrol jaħdem ġeneralment b’mod antiinfjammatorju, antiossidattiv u jipproteġi ċ-ċelluli. Fl-arterji jipprevjeni l-ossidazjoni tal-kolesterol LDL u b’hekk id-depożitu perikoluż fuq il-ħitan tal-arterji. Minn dan jibbenefikaw speċjalment il-qalb, il-fwied u – peress li dan il-polifenol jaqsam il-barriera bejn id-demm u l-moħħ – il-moħħ. Dan il-mekkaniżmu huwa riċerkat bis-sħiħ. 

Resveratrol huwa sebgħin darba aktar antiossidattiv mill-Vitamin Ċ u l-unika sustanza ppruvata li ttawal il-ħajja

Resveratrol jintervjeni billi jnaqqas l-attività fil-proċess tax-xjuħija taċ-ċelluli.

Studji aktar riċenti jissuġġerixxu protezzjoni kontra l-marda ta’ Alzheimer. Riċentement kien ikkonfermat b’mod spetakulari f’titjib tal-fluss tad-demm fl-arterji tad-driegħ ta’ nies b’piż żejjed bi pressjoni għolja. Minn dak iż-żmien, aktar studji xjentifiċi fuq il-bnedmin qed jipprovdu għarfien aktar interessanti kważi kuljum: dan il-polifenol itejjeb il-fluss tad-demm fil-moħħ, jibda fil-muskolu tal-qalb mekkaniżmu ta’ difiża kontra attakki u jattiva l-apoptożi (mewt taċ-ċelloli) fit-tessut ta’ tumur. Is-sustanza veġetali resveratrol taħdem fid-demm uman fuq l-attività tal-plajtlets b’inibizzjoni simili għall-aspirina u b’hekk jipprevjeni l-formazzjoni ta’ emboli tad-demm.

Il-polifenol resveratrol huwa antiossidant naturali u effettiv ħafna.

Attenzjoni kbira fil-mediċina tal-anti-aging tingħata lill-karatteristika unika oħra tar-resveratrol: huwa jintervjeni b’mod li jtaffi l-proċess tax-xjuħija taċ-ċelluli. Dan minħabba li dan il-polifenol jattiva ġene tat-tul tal-ħajja u s’issa huwa l-uniku sustanza b’effett ippruvat li jtawwal il-ħajja fuq diversi organiżmi. Jissimula tnaqqis fl-ammont tal-kaloriji (calorie restriction, CR) u huwa rikonoxxut bħala mimetku tal-CR. 

Ir-restrizzjoni tal-enerġija tal-ikel f’każ ta’ dieta ta’ valur sħiħ hija kkunsidrata bħala waħda mill-approċċi l-iżjed li ilu magħruf u l-aħjar ippruvat fit-terapija għal tul ta’ ħajja. Restrizzjoni tal-kaloriji toħloq tiswija msaħħa tad-DNS fiċ-ċellula. Permezz ta’ dan, il-ħajja taċ-ċellula individwali hija estiża bl-istess mod bħal dik tal-organiżmu kollu.

Mill-1989 biss ġew ippubblikati aktar minn 3,000 pubblikazzjoni prinċipali dwar l-oqsma differenti ta’ ħidma ta’ dan il-materjal veġetali spettakolari. 

Dawn il-karatteristiċi kollha jagħmlu lir-resveratrol l-aqwa sustanza tal-anti-aging fil-livelli kollha.

Quercetin

Dan il-flavonojd antiinfjammatorju u antiossidattiv jipproteġi l-arterji p.e. anke fl-għajnejn, u jwaqqaf l-iżvilupp tal-kanċer.

Te Aħdar (Catechins)

Catechins

Dawn huma s-sustanzi attivi prinċipali tat-te aħdar b’effett protettiv speċjalment fuq l-arterji tal-qalb u tal-moħħ. Jiġġieldu vajrusis u batterji u ma jħallux l-assorbiment ta’ tossini ambjentali xaħmija - protezzjoni effettiva kontra l-kanċer!

Żerriegħa tal-għeneb

OPC

Dan jaqbad ukoll ir-radikali miż-żerriegħa tal-għeneb, madwar għoxrin darba aktar b’saħħtu mill-vitamina Ċ u ħamsin darba aktar b’saħħtu mill-vitamina E. OPC jista’ jgħaddi mill-barriera protettiva bejn id-demm u l-moħħ u anke jidher li jipproteġi tessuti tal-moħħ. Għalhekk, dan il-flavonojd huwa meqjus bħala sustanza kontra l-Alzheimer.

To top ’il fuq

 
Aqra aktar: Omega 3