Miżuri koronobjoloġiċi ta’ spettru wiesa’ kontra bdil tax-xjuħija qabel iż-żmien
Fejn jinxtara: Disponibbli fl-ispiżeriji jew mill-kumpanija Pharmatrans | Hotline għall-ordnijiet: 00800-8020 8020

Indikazzjonijiet:

Miżuri kronobijoloġiċi ta’ spettru wiesa’ kontra bdil
tax-xjuħija bikri

ResverAge® huwa maħsub għal miżuri komprensivi għall-prevenzjoni tax-xjuħija u għat-titjib tal-benessri u l-qawwa tal-prestazzjoni. Qabel kull użu għall-finijiet terapewtiċi hija rakkomandata strettament il-konsultazzjoni mat-tabib tiegħek. ResverAge® kien iddisinjat f’konformità mar-riżultati ta' numru ta' studji xtentifiċi u applikazzjonijiet ta’ osservazzjoni bħala miżura ta’ spettru wiesa’ kontra x-xjuħija qabel iż-żmien. 

It-tabella li ġejja telenka biss xi lmenti fejn xi tibdil terapewtiku mixtieq jista’ jkun ikkawżat minn materjali sekondarji tal-pjanti f'ċerti ċirkostanzi.

  • Stress infjammatorju (proċessi infjammatorji kroniċi, silent inflammation): F’dawn iż-żminijiet din it-theddida qed tingħata sinifikat speċjali fl-ispjegazzjoni tal-proċessi tax-xjuħija. Il-provi huma pprovvduti mill-proteini tal-infjammazzjoni fid-demm li huma identifikati faċilment, hs-CRP (high sensitive C-reactive protein). Il-konċentrazzjoni tagħhom tiżdied meta tibda r-reazzjoni ta’ immunità għall-infezzjoni jew avveniment ieħor ta’ mard. Il-markatur tad-dijanjożi CRP rari huwa mkejjel. Flimkien mal-fatturi ta’ tagħqid ir-reazzjonijiet tal-infjammazzjoni huma l-forzi wara ħsarat tal-arterji, li jtellfu mill-fluss enormi tad-demm lejn il-qalb u l-moħħ. ResverAge® għandu karatteristiċi li jnaqqsu l-infjammazzjoni u antiossidattivi.
  • Marda tal-Alzheimer:  Markatur infjammatorju bħal CRP jikkorrelata wkoll mal-mard tal-arterji tal-moħħ. Huwa dipendenti fuq provvista tad-demm mingħajr kumplikazzjonijiet bħall-qalb.
  • Osteoporożi: Anke fil-patoġenesi tal-metaboliżmu tal-għadam huma involuti reazzjonijiet infjammatorji sottili b’mod kruċjali.
  • Profilassi kardjovaskulari: Is-sustanzi attivi jipprevjenu l-ossidazzjoni u l-inklużjoni tal-kolesterol LDL bħala katalista għall-ħsarat tal-arterji, li jsarrfu f’madwar 50 fil-mija tal-imwiet kollha.
  •  Sindromu metaboliku:  ResverAge® iwassal għal-livel aktar baxx ta’ glukożju u insulina fid-demm. Fuq żmien twil jonqos ir-riskju tar-reżistenza għall-insulina. Dan iwassal ta’ spiss għall-formazzjoni ta’ sindromu metaboliku. Dan id-disturb metaboliku tipikament jinvolvi l-obeżità. Ix-xjenzjati jaraw perspettivi ġodda fis-sustanzi antiossidattivi u antiinfjammatorji kontra l-mard mifrux tad-dijabete. 
  • Saħħa tal-ġeni:  Il-materjal ġenetiku DNA u l-istrutturi taċ-ċelluli tal-aċidu ribonuklejku huma partikolarment mhedda mill-molekuli aggressivi tal-ossiġnu. ResverAge® tipproteġi l-materjal ġenetiku u attiva s-sistema ta’ tiswija fin-nukleu. 
  • Tkabbir bla rażan taċ-ċelluli: L-antiossidanti f’ResverAge® ma jħallux il-bidu tal-kanċer permezz tal-protezzjoni tal-materjal ġenetiku mir-radikali ħielsa. L-attivazzjoni ta’ gruppi ta’ enżimi għall-prevenzjoni ta’ infjammazzjonijiet kroniċi fuq livell baxx hija effettiva wkoll fil-prevenzjoni tal-kanċer. Studji tal-applikazzjoni ta’ resveratrol f’pazjenti bil-kanċer huma promettenti ħafna. Fl-istudji fuq l-annimali, il-kimoterapija hija aktar effettiva meta resveratrol huwa amministrat fl-istess waqt.
  • Stress ossidattiv: ResverAge® taħdem kontra l-effetti dannużi tar-radikali ħielsa fiċ-ċelluli. 

To top ’il fuq